Il-Kamra tas-sodda tiegħi




Kont ilni bix-xewqa li jkolli kamra kbira tas-sodda. Sa fl-aħħar inqatgħatli xewqti meta l-ġenituri tiegħi rranġawli l-kamra. Kont fuq ix-xwiek biex niftaħ il-bieb tal-kamra! B’sorpriża kbira, x’ħin ftaħt il-bieb, ġibt għajnejja wara widnejja bis-sbuħija li rajt.


Il-kamra tas-sodda tiegħi hija eżatt kif dejjem xtaqtha. Fil-kamra tas-sodda tiegħi għandi librerija kkulurita ppakkjata bil-kotba. Il-fanal ta’ mas-saqaf huwa forma ta' ħelikopter. Għandi wkoll xkafef fejn poġġewli l-oġġetti li kont ikkrejajt bil-bolks tal-Lego. Taħt it-tieqa għandi sodda li tkun mifruxa b’liżar tal-karattri favoriti tiegħi. Fuqha għandi kuxins b’forom differenti. L-għamara hija ta lewn abjad. Ħdejn is-sodda għandi komodina u gwardarobba kbira. Il-kamra hija miżbugħa nofsha safra lellux u nofs l-ieħor ċilesti lewn is-sema. Fil-kamra tiegħi għandi rokna fejn inkun nista’ nilgħab ma’ sħabi.


Il-kamra tas-sodda tiegħi hija għall-qalbi ħafna għax hija kbira u ġieli inqatta’ ġranet sħaħ ġo fiha.



Jayden Galea


Year 4.1