Dakinhar li mort is-suq man-nanniet
Kien il-ġimgħa filgħodu u kont għand in-nanniet.
Dakinhar ma kelliex skola u b'hekk aħna morna l-monti.
Ilbisna u morna bil-karozza tan-nannu.
Meta wasalna kont rajt ċorma nies ma
kullimkien. In-nanna qaltli biex nibqa' magħha. Smajt nies
ipaċpċu u riħa ta' ħut biss xammejt. Rajna ħwejjeġ, kotba,
vażuni u ġugarelli. Il-ġugarelli laqtuni ħafna.
Wara ġibna għajnejna wara widnejna. In-nanna
xtaqet tixtri ħwejjeġ imma in-nannu xtaq jixtri l-kotba u
jien xtaqt nixtri xi ġugarell. Aħna ddeċidejna biex nixtru
kotba, ħwejjeġ u xi ġugarell.
Aħna morna nduru biex naraw xi ħaġa oħra u
f'daqqa waħda, l-bejjiegħ taż-żraben kien qal li ż-żraben
huma kważi b'xejn. Jien kelli bżonn żarbun għall-iskola u
n-nanniet malajr xtrawli wieħed.
Waqt li konna sejrin lejn id-dar, iltqajt
mal-ħabib tiegħi. Bdejt inkellmu imma kellna nitilqu għax
kien sar il-ħin. Meta n-nannu kien qed isuq lura d-dar, jien