Il-kamra tas-sodda tiegħi
Il-kamra tas-sodda tiegħi
Il-kamra tas-sodda tiegħi
Il-kamra tas-sodda tiegħi hija kamra kbira u sabiħa. Inħobb inżomm il-kamra nadifa tazza u kollox ordnat imma mhux dejjem jirnexxieli peress li għandi oħti għadha żgħira!
Il-kamra hija moderna u l-ħajt huwa miżbugħ isfar. Għandi tieqa bajda u kamra mdawla sew. Mit-tieqa jiena nara ġnien sabiħ u vaska kbira tal-ġirien tiegħi. Tgħidx kemm nieħu pjaċir fis-sajf noqgħod nara lit-tfal jgħumu u jilagħbu! Fil-ġnien hemm ħafna siġar tal-frott, fjuri u anke ftit annimali jiġru. Peress li jiena norqod waħdi, fil-kamra hemm sodda waħda ħamra, forma ta' karrozza li kien ħadimha missieri. Ħdejn is-sodda għandi kommodina pariġġ. Faċċata tas-sodda għandi gwardarobba u tlett xkafef mimlija ġugarelli favoriti u ħafna kotba. Fuq il-gwardarobba għandi t-televixin u fil-ġenb għandi 'air condition'. Fl-art għandi tapit aħmar bil-kannella kbir.
L-iktar ħaga li togħġobni mill-kamra tiegħi hija l-lampa li għandi ħdejja fuq il-kommodina għax għandha l-forma ta' Spiderman. Xejn ma jdejjaqni mill-kamra, imma kieku kelli nbiddel nixtieq nagħmel purtieri ġodda ta' Spiderman. Min jaf forsi nikkonvinċi lil ommi 'l quddiem!!