Pastur fil-Presepju




Jien pastur ta' mogħża. Jien inżomm is-sħana ġewwa l-grotta fejn twieled Ġesu' Bambin. Jien pastur tal-ġibs. In-nannu ta' Michela xtrani minn Għawdex u kien irranġani. Issa ġejt bħal ġdid.


Fi żmien il-Milied joħorġuni mill-kaxxi mudlama li nkun fihom. Il-presepju jarmawh fis-salott. Michela u l-familja tagħha kuljum jieqfu jħarsu lejja u jitolbu xi ftit talbiet. Jien kuntenta u kburija għax kull sena nagħmel lill-familja Portelli ferħana.


Wara l-Milied inħossni mdejqa għax ikun għadda l-Milied u jpoġġuni lura ġo kaxxa fil-kamra tal-bejt. Jien nistenna Milied ieħor jiġi flimkien ma' sħabi l-pasturi l-oħra.