Id-Data:1 ta' Diċembru


Għażiż Djarju,

Kemm jien kuntenta illum. Il-bieraħ filgħaxija ġew iżejnuni tal-Millied.Minjaf x'jgħidu fuqi! Donni nħsilt naqra kmieni għax mal-ħamsa ta' filgħodu bdiet nieżla x-xita. Aħ! Fetaħ l-iStarbucks. Tgħid immur nieħu kikkra cafe' biex inqum ftit jew nieħu naqra pancakes mil-McDonalds. Ħarġu bil-breakfast dawk.


Diġa daqqu l-ħadx ġej il-ġuħ! Kemm nieħu pjaċir nara lit-turisti għaddejin. Aħjar nippoża biex żgur nidher isbaħ mit-toroq koroh ta ħdejja. Minjaf x' jgħidu fuqi dawk it-tfal. Għadni niftakar meta kont għadni dashom nagħmel il-fieldwork. Nispera li jgħaddu kollha! Issa żgur għandi l-ġuħ. Għadu kif fetaħ wieħed ħdejja naħseb ħa ngħaddi nixtri pizza ta.


Aħħ kemm kienet tajba. Imma issa qedgħdin jitilqu n-nies u l-ħwienet qegħdin jingħalqu u l-ħaddiema għajjenin wara ġurnata xogħol sejrin lura d-dar. Vera li filgħaxija ħafna ħwienet u resturanti jingħalqu imma waqt dan jibdew juftħu wkoll xi wħud oħra. Uff xi dwejjaq ġejjin iż-żgħażagħ. Miniex se nibpa' nadifa aktar. Daqt nitlef xi bozza mit-tiżjin tal-Millied!


Issa wasal il-ħin li nistreħ. Kieku ma kinux il-kenniesa li jnaddfuni minjaf x'kienu jgħidu fuqi t-toroq l-oħra. Fl-aħħar kullimkie skiet nista' ngħalaq għajnejja.



Dejjem tiegħek,

Triq ir-Republika




Is:Suġġet:Djarju tiegħi


Triq ir-Republika