Post li jogħġobni ħafna.

Jien inħobb l-Iżlanda għax hemm natura sabiħa u muntanji kbar. Dan il-post jogħġobni ħafna għax nista' mmur skijing, nikkampja barra u nimxi fil-kampanja. Barraminnhekk, nista' nara l-kaskati li jkun hemm. Jien nixtieq immur noqgħod l-Iżlanda biex nerġa' nibda ħajti hemm.


L-aktar żmien tajjeb biex toħroġ huma fir-rebbiegħa u fis-sajf. Fil-ħarifa u x-xitwa jkun ħafna ksieħ bix-xita u l-borra, allura n-nies joqogħdu aktar ġewwa. Biex dan il-post jibqa' sabiħ kif inhu, ma nħallix ħmieġ.