L- isfilata tal- karnival
Frar li għadda mort il-Belt Valletta għall-Karnival. Mort mal- ġenituri u m'oħti iż- żgħira. Wasalna hemm għat- tmienja u nofs ta' filgħodu.
Meta dħalna rajna nies bil- kostumi kkuluriti u jgħajtu. Kien hemm minnhom bil- maskli grotteski. Xi wċuħ tan- nies kien miżbugħ. Kien hemm il- perlini u l- prinjolata. Smajt il- brijju tan-nies u d- diski tal- karnival . L- iktar diska li bdiet tindaqq kienet 'viva viva l- karnival'. Il- karrijiet kienu grotteski. Kien hemm sirena fuq mewġa kbira b' xagħarha twil u karru tar-re .Dan kien il- favorit tiegħi! Ir- re kien liebes aħmar kollu bil - bastun bid-deheb. Qalb dak il-brijju bdejt inħossni ferħan se ntir. Dakinhar jien ilbist ta' puluzija u oħti ta' kok. Oħti kienet mimlija enerġija filwaqt li jien u l-ġenituri spiċċajna għajejna!
Qabel tlaqna id- dar dħalna ġo kaffetterija nixorbu u nieklu xi ħaġa.
Jgħidu x-xjuħ u jgħidu t- tfal, viva viva l- jiem tal- Karnival!