X' ġurnata dik!
X' ġurnata dik! Għandi seba' mitt sena biex nibda niktibha mill-bidu sal-aħħar. Kemm ili nistennieha dil- ġurnata, sa fl-aħħar waslet.
Il-ġurnata kienet is-Sibt 18 ta' Mejju 2020. Kienet ġurnata sabiħa ħafna. Kienet il-ġurnata meta kienet se tiżżewweġ iz- zija favorita tiegħi, iz-zija Eleonora u jien kont se nkun il-"flower girl"tagħha. Qomt filgħodu kmieni ħafna, kilt xi ħaġa żgħira, ħsilt snieni u mort mal- mama' għand il-parrukiera biex nagħmlu xagħarna. X' ħin wasalna kien hemm diġa` z- zija u l-"bridesmaids" l- oħrajn. Kif lestejna minn xagħarna morna għand in- nanna biex nkomplu nippreparaw. In- nanna għamlitilna xi ħobż u x' nixorbu qabel komplejna. Wara ġiet tal-irtokk u warajha ġiet il-ħajjata biex tgħina nilbsu. Kif lestejna ġew tar- ritratti u kif konna lesti ħriġna barra biex nitilgħu fil-karozzi u morru lejn il-knisja. X'ħin wasalna bdejt inwaddab il-fjuri mal-art u bdejna deħlin bil-mod il-mod ġol- knisja u allura ħassejtni xi ftit mistħija, u eċitata. Dak inhar qrajt poeżija li ktibt jien lil għarajjes. Kif spiċċat il-quddiesa morna il- festin. Il- festin kien Bighi u vera kien armat sabiħ. Kien hemm ħafna nies u tgħidx kemm żfinna.
Fl -aħħar tal- ġurnata tant kont għajjiena li ma nafx kif irnexxieli nżomm fuq saqajja! ,pero kienet ġurnata li ma ninsiha qatt għaliex kienet ġurnata tal-ħolm. Kollox kien mar kif pjanat.
Prosit Shione kemm ktibt storja sabiħa. Tajt deskrizzjoni tajba ħafna tal-ġurnata speċjali li kellek. Użajt ukoll xi espressjonijiet sbieħ.
Issa żid xi stampi u tista` tippublika din il-kitba fuq il-J2E stess.