Ġurnata

fil-kampanja.





Kien il-Ħadd fil-vaganzi u l-familja tiegħi kienu se joħduni fil-kampanja tal-Buskett. Jien, il-mama', il-papa', in-nannu, iz-zijiet u l-kelba tlaqna lejn il-kampanja. It-temp kien bnazzi u x-xemx bdiet tiżreġ.



Tlaqna lejn il-kampanja bil-karozza u domna biex wasalna kollha. Hekk kif ħriġt mill-karozza jiena smajt l-għasafar isaffru u rajt is-siġar ħodor. Ħassejtni fil-ġenna tal-art u kuntenta ħafna. Mort dawra bir-rota u l-kelba tiegħi ġiet miegħi. Ukoll ġiet iz-zija. Wara morna nagħmlu piknik.



Kien sar il-ħin u x-xemx bdiet nieżla u beda jidlam. Kont għajjiena mejta. Għedna ċaw lil xulxin u morna lejn id-dar. X'ġurnata dik!