Kienet l-ewwel ġurnata tal-vaganzi tal-Għid. Smajt ħoss ġej mill-ġnien u nżilt niċċekja. Kif inħsadt x’ħin

rajt lir-raġel tal-barnuża l-ħamra.



Rajtu jitfa' r-rigali taħt is-siġra tal-Milied, rajtu wkoll jieħu l-gallettini u beda jixrob il-ħalib li tajnieh aħna.



F'daqqa waħda daħal Elf li qallu li ħarbulu ċ-ċriev tiegħu. Ir-raġel tal-barnuża l-ħamra ħa qatgħa u ġera warajhom kemm felaħ imma leħqu ħarbulu. Beda jgħid, "Issa kif ser nagħti r-rigali lit-tfal?" Imma umbagħad wara xi minuta li baqa' jgħid l-istess ħaġa reġgħu ġew lura u feraħ kemm felaħ. Mill-ewwel qalilhom, "Ejjew ħa nagħtu r-rigali lit-tfal li kienu bravi u lil dawk li kienu pastażi ġebel biss." U sparixxa fis-sħab.



Erġajt mort lura norqod u kif qomna ftaħt r-rigali u għidt lil ommi, lil missieri u lil ħija x'kont rajt u lanqas emnuni. Għalhekk għidtilhom biex jiċċekjaw il-cameras, umbagħad emnuni. Għidtilhom li kienu ħarbulu ċ-ċrief umbagħad għidna lill-familja sħiħa u kulħadd kienu ferħanin għalija.


Avventura