Il-Milied ġewwa Malta u ġewwa l-Italja




Għeżież qarrejja,


fl-artiklu tal-lum ser inkellimkhom dwar it-tradizzjonijiet Insara ta' żmien il-Milied ġewwa Malta u l-Italja. Kif tafu l-Milied, li tiġi ċċelebrat fil-25 ta' Diċembru, hija festa importanti ħafna għall-insara tad-dinja kollha għax tfakkarna fit-twelid ta' Ġesu'.


Kemm f' Malta u kemm fl-Italja issir il-quddies ta' nofsilejl bejn l-24 u l-25 ta' Diċembru. Isiru wkoll diversi purċissjonijiet fl-irħula ġewwa l-Vatikan, fl-Italja, fil-Milied issir l-famuża quddiesa tal-Papa.


Il-presepju jibqa' s-simbolu tal-Milied kemm ġewwa Malta u speċjalment ġewwa l-Italja fejn ġie vvintat il-presepju minn San Franġisk ta' Assisi fl-1223. Simboli oħrajn huma l-Bambin u l-ġulbiena. Issir ukoll is-siġra tal-Milied bl-ikbar waħda tinstab ġewwa Gubbio fl-Italja.


L-ikel tradizzkoni f' Malta huma d-dundjan mimli u ħafna ħelu bħal: kejk tal-Milied, " Minced pies" u l-Imboljuta tal-qastan. Fl-Italja fil-festi tal-Milied jieklu l- " Cotechino" u l-għads u l-ħelu bħall- Panettone u Pandoro.

Dawn it-tradizzjonijiet huma importanti għax ifakkruna fit-twelid ta' Ġesu' u sbieħ li jgħaddu minn ġenerazzjoni għall-oħra.