Dakinhar li mort is-suq man-nanniet.
In-nanniet u jien morna s-suq taż-Żejtun l-Erbgħa 27 ta' Ottubru 2022 u morna bil-mixi. Tlaqna mid-dar fid-disgħa u wasalna xid-disgħa u nofs.
Kien hemm folla nies, kollha wiċċhom għad-dawl. L-iktar ħaga li laqtitni kienet il-ħwejjeġ li kien hemm għall-bejgħ. Kien hemm ħafna bejjiegħa jbiegħu kull xorta ta' affarijiet bħal vażuni, ħwejjeġ, tazzi, sapun, flixken tal-ilma, nuċċalijiet.. Smajt ħafna nies jgħajtu u klieb jinbħu. Xammejt riħa taqsam ta' ikel u fwejjaħ.
In-nanna vera għoġobha l-ikel u għamlet mill-Milied sa San Stiefnu mal-ikel. In-nannu ried jieqaf fejn l-affarijiet taż-żwiemel u ;-għodda. Trid tarahomj jiġġebdu fil-prezzijiet biex jifrankaw xi ħaġa tal-flus. Jien xtaqt nieqaf mal-ħwejjeġ għax għoġobni flokk u ma stajtx naqla' għajnelja minn fuqu. Xtrajna ħafna affarijiet tal-bżonn bħal għodda, ikel, affarijiet taż-żwiemel...u kont ferħan se ntir għax xtrajt il-flokk li xtaqt.
Kulħadd xtara xi ħaġa għax oħroġ il-għaġeb ma kienx hemm post li ma waqafniex.
Kont naqa nervuż għax l-ewwel darba li mort man-nanniet. Ħadt gost ħafna u j'Alla nerġgħu mmorru għax vera ħadt gost u forsi nixtri xi ħaġa oħra meta mmorru.