SERQA F'ĦANUT TAL-ĦELU




Darba waħda kien hemm ħanut tal-ħelu. Ir-raġel tal-ħanut kien jismu Ġanni, u l-ħanut kien ġewwa Marsaxlokk. Darba waħda filgħaxija kien hemm żewġ ħallelin lebsin flokk, qalziet u maskra sewda ma' wiċċhom.


Il-ħallelin marru biex jisirqu l-ħanut tal-ħelu. Żgassaw il-bieb bil-lieva u daħlu nkiss inkiss. Qalbu kullm'hemm biex isibu l-flus. Ġanni rahom, u malajr ċempel lill-pulizija fuq 112. Il-ħallelin ma ndunawx li Ġanni kien rahom. Wara ftit minuti ġew il-pulizija bis-sirena ddoqq "NI NAW NI NAW". Il-pulizija qabdu lill-ħallelin u arrestawhom. Ġanni ħa ħafna pjaċir.



Ġanni reġa' beda jagħmel ħelu delizzjuż. Ħafna tfal xtraw il-ħelu minn fuq l-ixkafef. Ġanni kellu aktar xogħol x'jagħmel u t-tfal qalu, "Dan il-ħelu tieklu b'għajnejk".