5
Dakinhar li mort is-suq man-nanniet
7 Fis-sebgħa ta' filgħodu jiena u l-nanniet tiegħi morna s-suq bil-mixi. Wasalna wara nofs siegħa.
Meta wasalna kien hemm ħafna nies li kienu qed jixtru ħafna afarijiet differenti. Imma jien xejn ma laqatni minbarra il-logħob tal-PS4. Bdejt inxomm ħafna rwejjaħ differenti fosthom riħa ta' ħut, riħa ta' ikel u riħa ta' dħaħen tal-karozzi.
Kien hemm ħafna tined waħda ħdejn l-oħra u kull bejjiegħ jgħajjat ħalli kulħadd jisimgħu li qed ibigħ bl-irħas u bl-aħjar prezzijiet. Minn ħwejjeġ, zraben, ikel, aċċessorji tad-dar u pjanti. Ma waqafniex minuta għax in-nanna riedet tixtri sett lozor ġodda u n-nannu ried jixtri zarbun ġdid għax li kellu tqattagħlu. Jien moħħni biex nixtri logħba jew tnejn tal-PS4 u rnexxieli nixtri tnejn. Fl aħar deċidejna li nixtru zewġ logħbiet ġodda,żraben għan-nannu u lożor ġodda għan-nanna.
Meta kont is-su kont iltaqajt mal-ħabib Jacques. Aħna konna fl-istess klassi fil-ħames sena tal-iskola u konna ħbieb. Jien kont ħadt pjaċir indur is-suq. Nixtieq nerġa immur hemm biex nixtri iktar logħob.