Donald Jiġġerra Barra
Dan il-ktieb jismu 'Donald Jiġġerra Barra'. Hu miktub minn Natalie Portelli. Din l-istorja hija fittizja u hija avventura fantastika. Il-karattru ewlieni huwa Donald li hu għasfur li mar minn gaġġa għall-oħra, imma biex tkunu tafu iktar dwar l-istorja, ħa jkollkhom tixtruh!
L-iktar parti tal-istorja li għoġbitni, hi meta Donald imur għand Rebecca. Rebecca hija tifla li tħobb ħafna l-annimali imma lil Donald ħadet ħafna grazzja miegħu. Dan il-karattru ta' Rebecca jissemma' ta' spiss fil-kotba ta' din l-awtriċi.
Inħajjarkhom taqraw dan il-ktieb u ħafna aktar kotba ta' Natalie Portelli, għax għandhom avventuri maġiċi tassew u żgur ħa jżommukom bil-kurżita!