Maltempata tal-waħx

Il-bieraħ fis-seba' ta' filgħodu għamlet maltempata tal-waħx f'Marsaskala. F'nofs ta' triq kien hemm ħafna affarijiet itiru u jogħlew bħal kaxxi, karti u boroż. Kulħadd kien maħsud b'li kien qed jiġri.


Il-maltempata damet ħames sigħat. Il-maltempata għamlet ħafna ħsara lid-djar u lit-twieqi għax bdew jinstabtu u jitkissrulhom il-ħġieġ. Kienet meħtieġa l-għajnuna tal-pulizija, tal-ħaddiema tal-indafa tal-pajjiż minħabba t-tifrik li għamlet u tal-protezzjoni ċivili minħabba n-nies li ndarbu. Kien hemm xi nies li mietu għax waqgħu xi siġar fuqhom. Oħrajn feruti għax inqalbu bil-karozza. Ħin minnhom inqata' d-dawl tat-triq u anki ta' ġod-djar u għalhekk is-sitwazzjoni kompliet ġiet għall-agħar.


Fl-aħħar il-maltempata waqfet u kulħadd ħa r-ruħ. Ħafna nies qalu li f'ħajjithom qatt ma raw maltempata tal-waħx bħal dik. Qalu li ser jibqgħu jiftakruha għal għomorhom u ser jirrakkuntawha lil kull min jafu.

Karozza ġġarrab ħsarat kbar

meta nqalbet f'nofs ta' triq

minħabba li waqa' arblu tad-

dawl.

Djar imkissra bil-maltempata.

jirrapporta Andre Galea

17 ta' Jannar, 2021