Serqa f'ħanut tal-ħelu
Kien kmieni filgħodu u fil-ħanut ta' Barbetta ġewwa ż-Żejtun bdiet tiġri xi ħaga mhux tas-soltu.
Ġol-ħanut kien hemm ħalliel libes qalziet, flokk u maskra sewda.
Il- ħaliiel daħal biex jisraq il-flus u l-ħelu. Beda jfittex inkiss inkiss. Tant beda jgħaġġel li qalleb kullm' hemm. Il-ħalliel kellu l-ġuħ u ffanga fil-ħelu delizzjuż. Wara kompla jifitex il- flus u ġab kollox ta' taħt fuq. F'ħin mimhom il-ħalliel sema' s-sirena tal-pulizija. Il-ħalliel ra d-dawl tal-karozza u pprova jaħrab. Madanakollu, il-puizija rnexxielhom jaqbdu lill-ħaliel. Kien wasal ftit 'il boghod minn Barbetta.
Kollox spiċċa b'wiċċ il-ġid għax il-ħalliel ma seraq xejn. Il-ħalliel tgħallem li qatt ma għandek tisraq xejn.