🙍♂️❄Avventura tas-silġ ❄🙍♂️
Kien il-Ġimgħa tard billejl u ksaħt għalkemm kont mgħottija b'ħafna kutri. Qomt u x'ħin ittawwalt mit-tieqa rajt kullimkien miksi silġ. Fettilli nilbes kappa u ġakketta ħoxna u ħriġt barra. X'ħin ħriġt rajt raġel tas-silġ magħmul mis-silġ. Jiena rajtu minn wara pero' wara mxejt 'il quddiem u rajt tifel qed jiffurmah. Jien staqsejtu x'jismu u qalli li jismu Mark.
Sirt naf li hu kien jgħix ġo dar qrib tiegħi. Ma kinux ilhom ħafna joqogħdu ħdejna u qatt ma kont iltqajt miegħu qabel. Mill-ewwel għamilna ħbieb u għalhekk stedinni biex ngħinu jagħmel ir-raġel tas-silġ. X'ħin konna kważi lesti, għidtlu jistennieni biex inġib xi affarjiet ħalli nżejnu ir-raġel tas-silġ.
Hekk kif erġajt mort lura, ħriġt xalla u zunnarija minn ġol-basket. Ix-xalla ta' lewn isfar dawwartha ma' għonqu u z-zunnarija għamiltha bħala mnieħer. Mark ġab beritta tas-suf u libbishielu ġo rasu kif ukoll xi buttuni li wżajnihom bħala għajnejn.