Il-problemi ta' Ċetta
Darba kien hemm mara,
din jisimha Ċetta ,
hi tilfet il-kalzetta.
Fuqha waqqgħet zalzetta,
u mesħitha bis-sarvetta.
Marret għand iz-zija Konċetta,
ħaditilha brazzuletta.
Huma marru l-Belt Valletta,
u poġġew fuq banketta.
Telgħu fuq karretta,
u Konċetta tatha gambetta!
Marret għand barbetta,
u xtrat favetta.
Meta marret id-dar,
tilfet iċ-ċavetta,
imma ndunat,
li weħlitilha fiċ-ċappetta.
U misikna,
kemm spiċċat ħażin din Ċetta,
għax qabel ma fetħet il-bieb,
laqtitha sajjetta!
By Giulia Ellul and Karen Abela
F'isem il-klassi 6.2