"Kull meta niftakar fil-bawxata li għaddejt

minnha ħalqi jerġa' jiċċarrat bid-daħk!"

Darba waħda fis-sajf meta kont żgħir għamilt praspura tad-daħk. Il-praspura ġrat fid-dar tiegħi f'Marsaskala, Triq il-Friefet. Konna jien, ħija u ommi. Jien kont il-primċimes.


Kull filgħodu kont nara lil missieri jqaxxar il-leħja tiegħu. Huwa jibda jdellek il-krema ma' wiċċu u wara jaqbad ix-xafra u jibda jqaxxar il-leħja. Darba jien fettilli niftaħ il-kexxun u qbadt l-ewwel krema li rajt, ftaħtu u bdejt indellek u nċaflas kemm niflaħ krema ma' wiċċi. Tgħidx kemm kont qed nieħu pjaċir! Hekk kif qbadt ix-xafra, daħlet ommi fil-kamra u ħadet qatgħa kbira. Hi ħaditli tiġri x-xafra minn idejja u tatni xebgħa.


Meta niftakar fil-praspura li għamilt dakinhar jien nerġa' ninfaqa' nidħak. Għalkemm dakinhar inkwetajt lil ommi u qlajt xebgħa li bqajt inwaħwaħ biha, jien xorta nitbissem għax niftakar f'wiċċi mċaflas bil-krema.