Il-kamra tas-sodda tiegħi
Kieku kellek tiftaħ il-bieb tal-kamra tiegħi, ikun hemm ftit taqlib. Ġol-kamra tiegħi hemm ħafna affarijiet. Il-kamra tiegħi hija imdaqqsa. Il-kulur tal-kamra tiegħi huwa blu bl-abjad. Il-kamra hija moderna. Ġo fiha hemm tieqa waħda. Il-kamra tiegħi hija ftit mudlama. Fit-tieqa nara l-ġirien ta`
ħdejja. Fil-kamra, jiena noqgħod waħdi. Ġol-kamra tiegħi, jiena nħobb nilgħab bil-laptop għax noqgħod nilgħab il-logħob. Jiena xejn ma rrid imbiddel fil-kamra tiegħi.