9Il-ħanut tal-illużjonijiet u l-bużullotti.

Is-sajf li għadda kont miexja fi sqaq imwarrab fiż-Żejtun.Dlonk ilmaħt ħanut bl-isem ta' 'MAĠIJA MAĠIJA'.


Il-ħanut minn barra kien imżejjen b'ħafna dwal ileqqu.Kellu tabella kbira.Fuq it-tabella kien hemm miktub MAĠIJA MAĠIJA imżejna b'ħafna kuluri u dwal.Minn ġewwa l-ħanut jidher antik ħafna.Wara l-vetrina kien hemm illużjonista.


Fil-kamra ta wara tal-ħanut kien hemm ħafna logħob tal-maġija fosthom , karti tal-logħob enormi,likwidu splussiv,bżar biex tagħtas u muniti li jisparixxu.Jiena kont ili biex immur għal żmien twil għax il-maġija togħġobni ħafna.Meta dħalt ġewwa ħassejtni ferħana ħafna u eċitata. Domt nagħżel u nara x'jogħġobni u x'ser nixtri xi siegħa u nofs.


Kieku kelli nerġa' mmur żgur immur daqs kemm ħadt gost.Jiena xtrajt karti tal-logħob enormi,il-bżar li jagħmlek tibki u muniti li jisparixxu. Jien żgur nirrakkomandah lil sħabi.