Familja ġdida għal Ken



Kien il-Ħadd wara nofsinhar waqt li s-sinjura u s-sinjur Borġ kienu qed jieklu tiġieġa, tadam u naqra ħass. Waqt li bdew jieklu bdew jaraw it televixin u kien hemm riklam li beda jgħid ''tixtieq taddotta?''




L-għada ddeċidew li jaddottaw tifel mill-Indja. Huma riedu jaddottaw għax ma kellhomx tfal. Kellhom jixtru l-biljetti tal-ajru biex imorru l-Indja u kellhom jiffirmaw ħafna karti. Meta waslu l-Indja bdew iħossuhom eċitati ħafna li kienu ser ikabru l-familja.





Meta raw tifel ċkejken ħiereġ mill-kamra ħassewhom se jtiru bil-ferħ. Huma fetħu jdejhom u marru jgħannquh bil-ferħ li kellhom. Kien Ken!


Huma t-tlieta marru lura d-dar. Ken kien ftit mistħi għall-ewwel imma wara beda jidra u beda jħossu aktar komdu. Kien familja tassew sabiħa u magħquda!