Kitba ta’ djarju 


Meta ħrabt minn mal-familja Attard



Il-Ħadd 29 ta’ Ġunju, 2020


F’nofsinhar



Għażiż djarju,



Illum għadda xahar minn mindu ħrabt minn mal-familja Attard. F’dan ix-xahar vera kont ninsab imdejjaq ħafna għax....


Għadni niftakar qisu l-bieraħ dakinhar li ħrabt. Kienet ġurnata mill-isbaħ. Il-familja Attard kienu ħarġu ħarġa sal-kampanja wara li kienu kielu l-ikla ta’ wara nofsinhar. Ma nafx x’ġara dakinhar. Ħallewni waħdi d-dar. Peress li kont qed nikber, ħassejt li għandi mmur passiġġata waħdi. Hassejtni indipendenti.


Jien u miexi lejn il-foresta lmaħt xi annimali oħra bħali u kont sejjer nipprova nagħmel ħbieb magħhom. Iżda tant kellhom riħa pestanti li ma ssaportejtx. Bqajt miexi waħdi biex forsi nsib innaqqar xi ħaġa x’niekol għax kien qabadni l-ġuħ. Malajr beda jidlam. Ippruvajt immur lura d-dar iżda intlift. Qalbi għamlet tikk. Kelli norqod waħdi taħt siġra. 


L-għada filgħodu ħassejt lil xi ħadd jerfagħni u ħadni miegħu d-dar. Kienu jitimgħuni loqma ħobż kuljum u kienu dejjem iżommuni msakkar ġo bitħa waħdi. Kienet ser tagħtini rasi. Spiċċajt żaqqi ma’ dahri. Kemm immisjajt lill-familja l-oħra!


Dalgħodu sibt il-bieb ta’ barra miftugħ u rnexxhieli naħrab. B’xorti tajba ftakart it-triq minn fejn kont għaddejt dakinhar li kont ħrabt. Fi triqti lura d-dar kont inkwetat u bdejt naħseb. Min jaf jekk hux ser jirrabjaw miegħi? Min jaf jekk ġabux xi qattus ieħor?


Iżda kont imqarraq għax eżatt kif wasalt quddiem il-bieb, fetħuli u tgħix kemm ferħu biha.


Kemm inħossni ffurtunat li qed ngħix ma’ din il-familja!


Ġiġi


Jayden Galea

Year 4.1