Meta Mikiel mar izur il-Muzew tal-Istorja Naturali
Mikiel
ilu bix-xewqa li jmur iżur il-Mużew tal-Istorja Naturali sabiex jesplora u jitgħallem iktar dwar il-friefett ibbalzmati.Huwa ġietu l-opportunita’ biex iħeġġeġ lil ġenituri tiegħu biex izuru il-muzew.
Kien Is-Sibt filgħodu matul il-vaganzi ta’ Novembru. Inzertat ġurnata mill-isbaħ.Mikiel u l-ġenituri tiegħu ddeċidew li jmorru jżuru il-Mużew tal-Istorja Naturali li jinsab hekk kif tidħol il-bieb tal-Imdina ġewwa il-Palazz Vilhena. F’dan il-palazz hemm esebiti fossili,għasafar, mamiferi,ħut,arzelli,friefet u insetti. Hekk kif waslu Mikiel ġab għajnejh wara widnejh bil-bini enormi,antik u kbir. Din kienet l-ewwel esperjenza tiegħu li ser iżur dan il-mużew. Hekk kif daħlu fl-ewwel kamra Miekiel induna li kienet mimlija insetti bbalzmati. Għajnejh mill-ewwel marru għal fuq il-mejda tan-nofs li kienet mimlija friefet. Hu mar jiġri b'kemm kellu saħħa sal-mejda tan-nofs. Hekk kif wasal quddiemha, baqa’ ċċassat lejn il-farfett ta’ kulur ċilesti lewn is-sema. Wara ftit, ommu u missieru
telqu mil-kamra biex jaraw l-għasafar peress li missieru kien delettant
tal-għasafar u xtaq ikun jaf iktar fuq l-għasafar.
Hekk kif Mikiel induna li l-kamra kienet vojta, iddeċieda li jiftaħ il-ħġieġa sabiex jara l-friefet sewwa peress li l-ħġieġa kienet imżellġa bis-swaba’. Bil-maġija ... il-farfett il-blu beda jtir. Qabel ma ħareġ mit-tieqa, il-farfett tkellem u qal: “Grazzi tifel talli ftaħtli. Għidli liem skola tmur u niltaqgħu hemm kull filgħodu.” Għall-ewwel it-tifel baqa' ċċassat. Ħaseb li kienet ħolma mentri kienet realta’. Hu qallu l-iskola li kien imur. Hekk kif telaq il-farfett ommu u missieru ġew għat-tifel.
Il-lejl wasal u ommu u missieru inġabru sabiex jisimgħu l-aħbarijiet.
B’sorpriża kbira fuq l-aħbarijiet qalu li ġie nieqes il-farfett blu
mill-mużew tan-natura.
Minn dakinhar ‘l hemm il-farfett qatt ma nstab. Mikiel u
l-farfett baqgħu dejjem jiltaqgħu.