ANNIMAL LI GĦANDNA D-DAR.

Jien inħobb ħafna l-annimali għax huma l-aqwa ħbieb tagħna. Jien id-dar inrabbi

kelb u dan jismu Max. Max għandu ħames xhur.

Kienet lejla xitwija u kienet nieżla xita bil-qliel. It-triq kienet qisha xmara. Waqt li kont

qed nittawwal rajt kelb jibki u nżilt ġirja waħda isfel. Malli rajtu ġbartu, tellajtu fuq,

ħsiltu u geżwirtu f'kutra biex jisħon. Malli kxiftu rajtu b'ghajnejħ ħodor u abjad karti.

Max għandu karattru ubbidjenti u jiġri daqs għażżiela.

L-għada filgħodu xtrajtlu kaxxa ħamra u kannella u xtrajtu xi ġugarelli biex nilagħbu flimkien. Malli wasalt id-dar ġie jifraħ bija. Bdejna nilagħbu bil-ġugarelli u qgħadna niġru wara xulxin. Malajr dara jorqod fil-kaxxa l-ħamra tiegħu. Vera kelb li jitgħallem malajr.

Kull filgħodu nagħtiħ x'jixrob u nitimgħu. Dejjem jifraħ bija meta jqum min-fuq is-sodda. Jiena dejjem nieħdu għand il-veterinarju biex nagħtuh it-tilqima'. Hu ma jgħid xejn meta l-veterinarju jniggżu!.

Jiena nħobb dan l-annimal għax iħobbni u għax dejjem irid jitfissed. Jiena lill-kelb inħossu speċjali għax meta ngħajjatlu biex jiekol jew jixrb, jiġi malajr. L-annimali taħruqhomx għax l-annimali huma bħal bdedmin u jħossu f'qalbhom meta taħqarhom u jħossuhom imdejjqin.