Bijografija

Bijografija fuq Jake Paul

Jake Paul huwa l-aktar attur li nħobb. Dan l-attur famuż twieled fl-Amerka ġewwa Ohio. Twieled fis-sena 1997 fis-17 ta' Jannar u illum għandu 23 sena. Hu beda l-karriera tiegħu f'Settembru 2013 meta kellu 16-il sena.



L-ewwel li beda kien billi jippostja xi videos fuq app antika li jisimha Vine. Hu kien tella' ħafna views u kellu ħafna followers. Fl-2015 kienu qalu li Jake Paul ħa jibda jidher fuq it-televixin. Beda jieħu sehem fuq programm ta' Disney Channel jismu Bizardvark. Hu kien ġuvni li taparsi jismu Dirk u kien joqgħod jagħmel l-esperimenti. Apparti minn jirreċta fuq it-televixin, kien ukoll kompla jagħmel il-vidjows fuq youtube.


Fl-2017 Jake Paul ikkrea team ma' sħabu u semmewh TEAM10. Hu ħareġ diska jisimha 'It's every day bro' u vera għamel suċċess biha għax kellu xi 70 miljun views. Fl-2018 Jake Paul u ħuh li jismu Logan Paul saru boxers professjonali. Imma Jake Paul ħafna aħjar minn ħuh. Meta kien lagħab ġo Miami, Jake Paul kien rebaħ hu.


Jien vera nħobb insegwi lil dan l-attur.