Il-ħanut tal-illużjonijiet u l-bużullotti

In-nannu Filippu kien dilettant tal-mudelli tal-karozzi, u kull nhar ta'Sibt konna mmorru il-belt infittxu xi żewġ mudelli ġodda. Waqt li konna mixjin fit-triq iż-żgħira rajt ħanut antik bla tabella li mill-ewwel ġibidli l-attenzjoni.

Jiena staqsejt lin-nannu xi jbigħ u hu ħares lejja daqxejn konfuż. Jiena aktar qabditni kurżita' u flimkien ersaqna lejn il-vetrina tal-injam antik. Jiena nnutajt li dan kien ħanut tal-illużjonijiet u l-bużullotti u fost il-kaxxi tal-injam mimlijin bit-trab kellu ħafna logħob tal-maġija.

In-nannu beda jirrakontali kif meta kien għadu ġuvni kien ħabib ma'sid il-ħanut u mingħandu kien xtara likwidu splussiv biex jagħmel ċajta lill-ġirien iżda kien daħal f'ħafna nkwiet u min dakinhar spiċċat il-ħbiberija tagħhom.

Jiena qbadt idejn in-nannu u ġebbidtu ġol-ħanut mudlam u b'riħa ta'xemgħa. Sid il-ħanut mill-ewwel għaraf lin-nannu u wara dawk is-snin kollha ma jitkellmux kellhom daqxejn fuq xiex jitkellmu, għalhekk jien kelli ċans nifli sew il-ħanut fost l-eċitament li kelli.


Fost id-dlam u l-għanqbut, jiena rnexxieli nara sett karti tal-logħob enormi, muniti li jisparixxu, bakketta titwal u tiqsar, lastiku jiġġebbed ħafna, maskri, kpiepel u mantelli u ħafna bużullotti oħra. Domt ħafna intella u nniżel x'ser nixtri u in-nannu b'nofs daħka qalli biex ma nixtrix il-likwidu splussiv imma f'laħħar ġiet quddiem għajnejja kamera tieħu ritratti tad-daħq u ddeċidejt li nixtri lilha. In-nannu u sid il-ħanut għanqu lil xulxin u tlaqna lejn id-dar iżda f'moħħi kellhi li nerġa' mmur il-ġimgħa ta' wara.


8u888









finished