Id-Djarju ta' Miju Mekkek.
27 ta' Mejju.
Illum kienet ġurnata nteressanti għax il-Ħakem Alagona talabni
biex insib fejn qiegħed mistoħbi Marku Falzun. Għal bidu bdejt
niġbidlu saqajh biex naqbad miegħu. Jien kont ġa smajt li
s-suldati tiegħu ħarġuh ta' ħmar. U naf ukoll li Falzun moħħu
jilħaqlu ħafna. Jien ppruvajt nitkixxef ma' Rigu u Peppi, imma
kien kollu ta' xejn. Għada l-ewwel xogħol irrid immur għand
il-Ħakem Alagona biex nagħtih rendikont tal-lum. Xorta mhux se
naqta' qalbi ta' u lanqas se noqgħod bi kwieti sakemm insibu.
Illum se nħallik djarju narak għada.