Lil magdamaria@internet.com

Mingħand emily.catania@posta.com.mt

Data 21.07.2018

Suġġett Vaganzi tas-sajf




Għażiża Magda,



Kif inti? Jiena ninsab tajba ħafna. Qed nibgħatlek biex ngħidek kif qed inqatta' l- vaganzi tas- sajf.



Qed immur kważi l-baħar kuljum, flimkien mal-familja. Il-baħar vera qed ikun sabiħ u frisk. Waranofsinhar qed nieħu nagħsa għax vera qed inkun għajjiena peres li qed tkun sħana toqtol. Wara li nqum nistudja ftit u naqra xi ktieb sabiħ. L-isbaħ ktieb li qrajt hu 'The princess and the frog'. Tant għoġobni li qrajtu minn qoxra sa qoxra. L-iktar ħaġa li qed iddejjaqni hi x- xemx taqli l-ankri filwaqt li l- iktar ħaġa li qed nieħu gost biha hi li qed nibqa` nitnikker fis-sodda.


Bi pjaċir ngħidlek li l- ġenituri tiegħi se jħalluni niġi Għawdex għandek. Se ndum jumejn għax daqshekk ħallewni. Iġri jasal għax vera nixtieq narak.


Tislijiet,



Emily






Tajjeb ħafna Shione. Ftit li xejn kellek żbalji u użajt ħafna espressjonijiet sbieħ. Kompli sejra hekk . Jekk trid inkludi xi background u poġġiha fil-publishing fil-J2E stess.


kuljum - l waħda

nibqa bl-aċċent