Ilbieraħ filgħodu l-ħanut li qiegħed fit-triq ta` ħdejna li jagħmel ħafna kejkijiet u ħafna ħelu tajjeb spiċċa misruq.Jiena darba mort għandhom għax jien ma tantx niekol ħelu.Fis-sebgħa ta' filgħodu tlett ħallelin serqu l-ħanut tal-ħelu.Kissru t-tieqa u daħlu ġewwa l-ħanut.Marru inkiss inkiss jaraw x'ser jisirqu mill-ħanut tal-ħelu.Wieħed mar jiġri lejn il-cash register biex jisraq il-flus.Imnalla kien hemm katnazz mal-cash register.Il-ħalliel beda jfittex xi ċavetta jew xi lockpick biex jiftaħ il-katnazz.Waqt li l-ewwel ħalliel kien qed ifittex xi ċavetta jew xi lockpick il-ħallelin l-oħra kienu qed jisirqu kull tip ta' ħelu bħal kejkijiet,ċikkulata,pakketti u ħafna tipi differenti tal-ħelu.L-ewwel ħalliel sab iċ-ċavetta u fetaħ il-katnazz tal-cash register.Il-katnazz waqa' mal-art u s-sirena bdiet idoqq.Il-ħalliel qabad il-flus u telaq.Il-ħallelin l-oħra telqu jiġru `l hemm.Sekonda wara l-pulizija ġew imma ma ġewx fil-ħin.Il-pulizija daħlu u investigaw il-ħanut.F'ħaka t'għajn indunaw li serqu kull tip ta' ħelu.Marru ħdejn il-cash register u sabu l-kexxun tal-cash register miftuħ.F'dak il-ħin is-sid tal-ħanut ġiet fil-ħanut tagħha u ħadet xokk meta rat il-ħanut tagħha vojt.Marret ħdejn il-pulizija u staqsiethom x'ġara.Il-pulizija qal li kien hemm serqa kbira.Is-sid ħadet qatgħa meta semgħet x`qal il-pulizija.Kien hemm trap mal-art li kienu bħal passi.Kien hemm il-kameras imma ma tantx kien ċar il-video.Wiċċhom biss kienu raw fil-video.Wiċċhom kien sabiħ.Is-sid marret ħdejn il-cash register u rat li ma kienx hemm flus,kienu serqu kollox.Il-pulizija u s-sid telqu minn ġol-ħanut.Is-sid bkiet sakemm marret id-dar.Imma wara ftit tal-ħin ċemplulha l-pulizija u qalulha li kienu qabdu lil dawn il-ħallelin.B'xorti tajba kollox spiċċa b'wiċċ il-ġid.