Samwel u l-bajda tal-Għid

Kien hemm tifel jismu Samwel. Samwel xtaq li jagħmel festin kbir tal-Għid. Qabel ma raqad sema' l-qanpiena tal-bieb idoqq. Samwel fetaħ il-bieb u ra bajda tal-Għid. Samwel mar jorqod u ħalla l-basket tal-iskola, l-ballun, l-flokk u s-siġġu mal-art. F'daqqa waħda l-bajda tal-Għid inkissret u mill-bajda ħarġu flieles ħelwin u beżlin ħafna.


Meta kien rieqed il-flieles bdew jizbarazzaw l-kamra tiegħu. Kif lestew milli jiżbarazzaw tefawlu karta. U fuq il-karta kitbulu 'tkunx traskurat'. Mata qam Samwel ra il-kamra żbarazzata. Ra il-bajda imkissra f'biċċiet u ġo fiha sab il-karta. Samwel kien ħosbien. "Min kitibili din il-karta," qal Samwel. Induna li l-bajda tal-Għid kienet taċ-ċikkulata. Samwel niżel isfel u kompla jiekol il-bajda tal-Għid li tant kienet għoġbitu.🙂