Darba tiġik tajba!!







Kien it-Tnejn wara nofsinhar meta Toni, tifel kemm xejn imqareb, kien qed isuq ir-rota. Toni kellu vizzju jitlaq idejh minn fuq il-maqbad tar-rota.


Toni beda juri x'jaf! Beda jsuq ħafna bir-rota u beda jitlaq idu. Bdew iwiddbuh biex joqgħod attent għax min jilgħab man-nar jinħaraq! Ġara li kien ġej trakk kbir. Toni kien għaddej bir-rota minn nofs tat-triq. Toni ma ndunax li kien ġej it-trakk. Ix-xufier tat-trakk daqq il-ħorn. Toni inħasad u tfixkel. Huwa tkaxtar mal-art u ma setax jiċċaqlaq. In-nies marru javżaw lil ommu. Hi ġiet malajr. Kienet inkwetata ħafna. Hi ċemplet għall-ambulanza.


Lil Toni ħaduh l-isptar. Huwa kien kiser siequ. Toni tgħallem li għandu jobdi u joqgħod attent għax darba tiġik tajba!!