IS-Sibt 3 ta' April 2021
l-Istorja ta' l-Għid il-Kbir
Ġakki kellu għaxar snin u kien tifel traskurat. F' Sibt il-Għid qala' bajda tal-Għid. Din il-bajda kienet enormi. Qabel ma daħal jorqod poġġa l-bajda fuq il-komodina tiegħu ħalli malli jiftaħ għajnejh jiftaħha.
Fil-kamra tas-sodda tiegħu kellu ħafna imbarazz. Is-siġġu kien mal-art u l-basket tal-iskola miftuħ bil-kotba kollha mferxin mal-art. Kellu ukoll il-flokk aħdar u l-ballun l-aħmar fin-nofs, li seta' jaqa' xi ħadd ġo fihom.
F'nofs ta' lejl, waqt li Ġakki kien rieqed, il-bajda infetħet. F'daqqa waħda mill-bajda ħarġu l-flieles.Dawn bdew jiżbarazzaw il-kamra tas-sodda tiegħu u poġġew kollox f'postu.
Malli qam, Ġakki l-anqas induna li l-kamra tas-sodda tiegħu kienet nadifa tazza. Hu mar dritt ħdejn il-bajda biex jiftaħha. Meta fetaħha sab nota fuq karta blu. Kien hemm miktub 'Tkunx traskurat'.Wara kiel iċ-ċikkulata kollha.