Darba kien hemm tifel jismu Mikiel. Mikiel żar il-mużew tal-Istorja Naturali fl-Imdina ma' ommu u missieru. Kienet ġurnata sabiħa.


Hemmhekk ra bosta insetti sbieħ. Kien hemm ħafna fossili. Mikiel u l-ġenituri tiegħu kienu qed jaraw il-friefet. Wara ftit ommu u missieru ħarġu barra mill-kamra. Mikiel qagħad josserva kaxxa żgħira tal-friefet u laqtu wieħed partikolari- farfett blu. F'daqqa waħda dan il-farfett ħa l-ħajja u tar 'il barra mill-mużew qadim.


Aħna morna d-dar u filgħaxija fl-aħbarijiet tat-tmienja rrapurtaw li sabu farfett nieqes fil-Mużew tal-Istorja Naturali. Tgħidx kemm fittxewh imma kien kollu għalxejn. Mikiel ma tkellem xejn fuq dak li kien jaf għax ħaseb li ma kinux jemmnuh.