Ġest sabiħ

Ilbieraħ wara li lgħabt ma ' ħija, tlajt fuq u rajt lil ommi titwi x-xugamani. Meta rajtha tgħaġġel jien fil-pront staqsejtha jekk nistax ngninha. Hi mill-ewwel ħatfitni fil-kelma għax kellha bżonn tmur issajjar. Jien qbadt nitwi minnufih għax kelli aptit ngħin lil xi ħadd, u ukoll għax jien inħobb nitwi speċjalment ix-xugamani. Meta għamilt dan il- ġest sabiħ ħassejtni ferħana ħafna! Il-mama` kienet kuntenta ħafna bijja għax hekk hi kienet tista` tlaħħaq max-xogħol tad-dar.

B'dan il-ġest jien urejt kemm għandi qalbi tajba u kemm nirrispetta lill- mama` u lill- familja tiegħi. Minn din l-esperjenza jiena tgħallimt kemm hu importanti li ngħinu lil xulxin. Tgħallimt ukoll li meta aħna ngħinu nħossuna tassew kuntenti. Ma nistgħux nagħmlu ġurnata sħiħa nilagħbu imma rridu nagħtu s-sehem tagħna ukoll.