Il-persuna favorita tiegħi hi z-zija li jisimha Bernice. Hija parti mill-familja tiegħi. Iz-zija Bernice taħdem il-ħanut tan-nannu tiegħi. Kull fejn ikun hemm hi tisma' d-daħk ifaqqa.


Iz-zija għandha fuq tnejn u għoxrin sena. Hija mara qasira u jien daqt nilħaqha! Għajnejha huma kannella u xagħarha hu kannella ċar. Għandha l-ġilda bajdina. Iz-zija Bernice hija voluntiera fil-knisja taż-Żejtun. Hija kuljum ikollha tbisima minn naħa sa naħa fuq wiċċha u hija qalbiena ħafna. Xi drabi morru mixja flimkien meta jiena ma jkollix x'nagħmel u l-anqas hi ma jkollha.


L-iktar ħaġa li jiena nħobb fiha hi li kuljum tkun hemm għalija u għax kuljum tatini l-istikers. Kieku xi darba jkolli nbiddel xi ħaġa ġo fiha jiena ma nbiddel xejn għax inħobbha kif inhi!