Darba waħda żewg ħallelin daħlu ġo dar li kienet ħdejn ħanut tal-ħelu. Kien bil-lejl u ħafna nies kienu reqdin. Huma daħlu minn tieqa mbexxqa. Huma
kienu libsin kollox iswed: barnuża, flokk, ingwanti, qalziet u żarbun. Il-ħallelin kienu qed jużaw torċ biex jaraw fid-dlam.
Waqt li kienu deħlin mit-tieqa, mara xiħa bdiet tarahom minn wara l-purtiera tal-bieb tal-gallarija. Hija mill-ewwel ċemplet lill-pulizija għax indunat li kien hemm xi ħaga mhux kif suppost.
Il-ħallelin daħlu ġo kamra fejn kien hemm sodda bil-kutri vjola u gradenza bil-kxaxen. Huma fittxew fil-kxaxen u ma sabu xejn. Fuq il-gradenza, quddiem il-mera, raw kaxxa ħamra. Fuq quddiem tal-kaxxa kien hemm qalb safra kulur id-deheb.
Il-ħallelin fetħu l-kaxxa u sabu tliet ċikkulati kbar. Iċ-ċikkulati kienu miksijin b'karta vjola. Minħabba li ma sabu xejn iktar, Huma ddeċidew li jieħdu l-kaxxa biċ-ċikkukata magħhom.
Meta reġgħu ħarġu mit-tieqa biex jaħarbu, iż-żewġ ħallelin ma tantx damu jifirħu għax sabu karozza tal-pulizija tistenniehom. Huma arrestawhom u ħaduhom l-għassa tal-pulizija.
Il-mara x-xiha ċemplet lil sidt id-dar u qaltilha li kienu se jisirquha. Imma b'xorti tajba dan ma ġarax għax hi kienet kixfithom u l-pulizija kienu ġew għall-ħallelin. Il-pulizija ħallew il-kaxxa taċ-ċikkulata għand ix-xiħa. Min jaf bħala ringrazzjament hux se tatiha xi ċikkulata lil ġara x-xiħa?
(197)