Ġurnata fil-kampanja


Kitba:


Kien il-Ħadd fis- sebgħa ta filgħodu. Qomna kmieni ghax konna ħa mmorru fil- kampanja mal- ħbieb tiegħi u l- papa'. Morna sal- kampanja taz- Żejtun.


It- temp kien bnazzi u x-xemx bdiet tiżreg. Hekk kif beda' jsir il-ħin, il- papa' ħa ħsieb li jibda jipprepara l- ikel u x- xorb ġo basket. Hekk kif lestejna tlaqna lejn il- kampanja. Morna l- kampanja bil- mixi u ma domniex biex wasalna. Meta wasalna rajna siġar kbar u ħodor u ħaxix kullimkien. Ftit wara smajna l- għasafar ipespsu, ir- riħ u l- kwiet. Kien hemm kwiet taqtgħu b'sikkina u aħna bdejna nħossuna kuntenti. F'ħin minnhom morna passiġġata sabiħa. Hekk kif għajjejna erġajna morna lura. Poġġejna x- xugaman mal- art u fuqu qgħadna bilqiegħda kif ukoll poġġejna l-ikel fuqu. Aktar tard sar il- ħin u erġajna mxejna lura d- dar. X' ġurnata dik, kemm ħadna pjaċir!