Posti fil-presepju

Posti fil-presepju huwa ta' San Ġużepp. San Ġużepp huwa l-missier putattiv ta' Ġesu'.

Huwa jieħu ħsieb lil Ġesu' ma' Marija.

Jiena l-għarus kastissimu ta' Marija. Xogħli huwa ta' mastrudaxxa. Jiena pastur għaqli,

ħabbrieki u bieżel. Jiena aċċettajt lil Marija bit-tarbija li ħabbrilha l-Anġlu Gabriel. Il-karatteristiċi tiegħi huma: pastur twil, b'libsa twila blu skura, b'bastun f'idejja, xagħri u d-daqna kannella ċari, b'qalb kbira u onest. Jiena mxejt it-triq kollha ma' Marija sakemm sibna fejn nistkennu. Fl-aħħar sibna daqsxejn ta' għar. Wara li twieled l-Iben t'Alla, ġew iktar pasturi annimali, jakkumpanjawna biex jagħmlulna s-sħana. Fil-presepju tkun ħafna kesħa u s-sħana jkollna bżonnha ħafna. Jien posti huwa fejn Marija. Hi dejjem sabet is-serħan tagħha fija u sabet ukoll l-għajnuna tiegħi.

Hemmhekk jien inħossni ferħan għax inkun qrib Ġesu'. Mingħajri ma kienx ikun presepju

komplut. Kuntent u kburi ħafna li għandi posti fil-presepju ma' sħabi l-pasturi l-oħra.