Jien siġra tal-Milied


Darba waħda jien kont ġo foresta mas-siġar ħbieb tiegħi. Hekk kif beda jisbaħ, filgħodu kmieni, ġie raġel u qata' z-zokk tiegħi. Imbagħad ħadni d-dar tiegħu biex il-familja tiegħu jżejnuni. Jiena kont ġdid fjamant għalhekk ir-raġel għażel lilli. It-tfal tiegħu żejnuni. Għamluli t-tinsil fuq il-weraq u waħħluli l-boċċi kullimkien. Għamluli d-dwal li jteptep u stilla fuq nett. Għamluli r-rigali taħti. Rajt lil Ġesu ġo maxtura għax jien kont fejn il-presepju. Wara dan il-Milied, issa kull Milied jagħmluni.