Jien bagalja

6ji

Jiena bagalja kbira ta' kulur ikħal ċar mil-lewn is-sema.

Għandi manku jitla' u jinżel u għandi roti jduru dawra tond.


Sidi hi l-familja Abdilla. Meta jużawni nkun mimlija affarjiet, ħwejjeġ, żraben, ġojjelli u rtokk. Il-familja ssiefer spiss. Jien inħossni ferħana meta jsiefru għax inħossni qed nagħmel xogħoli. Jien mort magħhom Londra, Pariġi, Franza u l-Irlanda.


Bħalissa jien naqra mdejqa! Jien ilni hawn magħluqa f'din il-kamra fuq il-bejt minħabba is-sitwazzjoni tal-Corona Virus. Kemm nixtieq li nkun nista' nerġa' nibda mmur inżur xi pajjiz ieħor!! Iġri jasal dak iż-żmien sabiħ!!