Ġurnata fil- kampanja.


Kien is-sibt filgħodu u x-xemx kienet qed tiżreġ. Ommi u missieri riedu jmorru sal-kampanja u jien u oħti ridna mmorru ukoll għax it-temp kien sabiħ ħafna! Iddeċidejna li mmorru sa Delimara għax il-kampanja ta' Delimara sabiħa wisq. Bdejna billi ppakjajna l- basktijiet. Il- ġenituri mlewh sa ruħ ommu u kien tqil comb bl- ikel u bix- xorb li ħadna.


Poġġejna l-affarijiet fil- karrozza. Magħna ħadna il-kelba Diksi. Tellgħajniha fil- karrozza u tlaqna lejn Delimara. Kien hemm naqa bogħod miż-Żejtun għal Delimara. Meta wasalna frixna l-liżar u aħna t- tfal morna nilagħbu bil- ballun filwaqt li l-ġenituri ħarġu il- basktijiet mill-karrozza. U wara lgħabna l-futbol. Qalb il-kampanja ħassejtni fil-ġenna tal- art. Bil-ġiri li ġrejna qtajna nifisna u konna għajjenin mejtin! B' hekk morna nixorbu u nieklu filwaqt li striħejna naqa.


Kif konna fuq il- lizar lgħabna bil-' board game' li jisimha Monopoly. Domna sagħtejn nilagħbu u beda jidlam! Ġbarna kollox u dabbarna rasna lejn id-dar.