Il-persuna favorita tiegħi
Il-persuna favorita tiegħi hija l-kuġina għażiża tiegħi Tamara. Hija għandha karattru mill-isbaħ, dejjem ferrieħa u dħulija. Tamara għandha xagħar dehbi twil u lixx u għandu mizbugħ ftit blu u roża. Tamara mhux qasira imma lanqas xi pilastru! Hija għandha wiċċa sabiħ u dejjem b'xi tbissima minn naħa sa naħa. Tamara daqt tagħlaq tmintax -il sena. Hija għadha qegħda tistudja l-iskola u tixtieq issir għalliema tat-tfal żgħar bħali. Jiena nammira ħafna lil kuġina tiegħi għax hija tferraħ lil kulħadd, taf tisma` lil dak li jkun fil-bżonn u dejjem lesta biex tgħin lil kulħadd. Għalhekk ma nsib xejn fiha li ma jogħġobnix. Jiena la nikber nixtieq insir bħalha għax hija persuna mill-isbaħ.