12/01/2022
Dakinhar li tfaċċa mostru kibir quddiem il-bieb tad-dar...
Dakinhar li tfaċċa mostru kbir quddiem id-dar ħarist sewwa għax bdejt naħseb li qed nimmaġina imma vera kienet teżisti. Kellha widnejha forma ta' trijangolu u kellha kuruna tad-deheb. Wara ftit qaltli li jisimha Żjumentina u kunjoma Żanparuni.
Jien ħassejtni ferħana u mal-ewwel offrejtilha tidħol ġewwa. Hi qaltli biex naħbiha ġo kamra vojta u kbira. Wkoll qaltli li hija ġejja mil-pjaneta Żjumentenja u li hija 'spy' .
Żaqq Żjumentina bbdit tgerger u bdejt nifimha tgħid ''għandi il-ġuħ''. Wara tajtha tiekol u morna fil-kamra tiegħi imma ħarġet idejha u għamlet il-maġija u kamarti minn żgħira ġiet enormi. Hemmhekk bdiet tkellimni fuq ix-xogħol tagħha.
Ħadt ħafna pjaċir ma' Żjumentina imma kellha tmur lura lejn il-pjaneta Żjumentenja. Hi qaltli li dejjem se tiftakarni. Jien sellimtilha u telqet. Kemm nixtieq nerġa' naraha!