Serqa f'ħanut tal-ħelu

Il-ġimgħa l-oħra, għal-ħabta tad-disgħa ta' filgħodu, seħħet serqa f'ħanut tal-ħelu

bl-isem ta ‘Yummy Cakes’ ġewwa l-Belt Valletta.

 

Żewġ ħallelin żgħażagħ b'wicchom mgħammad, daħħlu ġol-ħanut b'arma

tan-nar f'idejhom. Ippuntaw l-arma lejn sid il-ħanut u ordnawlu biex jagħtuh

il-flus kollha li kellu fil-'cash register'. B’kollox huwa tahom is-somma ta'

€800. Imbagħad, wieħed mill-ħallelin tefa`bosta kejkijiet delizzjuzi u kaxxi taċ-ċikkulatini ġo basket kbir. Wara li ħa li jogħoġbu, kisser l-ixkafef kollha bħala

vendikazzjoni. Sadanittant, sid il-ħanut irnexxielu jċempel lil pulizija bil-moħbi.

Fortunament ftit minuti wara waslu l-pulizija w arrestaw iż-żewġ żgħażagħ. Sid

il-ħanut ħaduh b'ambulanza lejn l-isptar għax-xokk kbir li kellu fuqu.

 

Il-pulizija saru jafu li ż-żewġ żgħażagħ marru jisirqu biex jkunu jistgħu jixtru d-droga. Il-pulizija qalulhom li d-droga tagħmel ħafna ħsara u qalulhom biex imorru jfittxu l-għajnuna.