Il-ħanut tal-illużjonijiet u l-bużullotti

L-aħħar darba li jien u l-genituri tiegħi żorna lin-nanna ġol-Ingilterra, morna ġurnata Leicester. Din hija belt kbira b'ħafna toroq mimlija ħwienet.


Ġibidli l-attenzjoni ħanut jismu Kaboo. Dan il-ħanut kellu vetrina kbira mimlija b'gugarelli strambi. Meta ħarist sew, indunajt li dawn kienu oġġetti li bihom tista' tagħmel ċajt u illużjonijiet. Meta dħalna ġewwa skoprejt li dan kien ħanut fantastiku. Kien hemm kpiepel, mantelli, karti tal-logħob, dammi, bakketti twal u qosra, ħbula li jinqatgħu min-nofs u jerġgħu jigu sħaħ, muniti u flus magiċi , vażetti b'ilma kkulurit eċċ...


Kien hemm ragel li qed jagħmel bużullotti u ċajt fuq il-klijenti li belgħu ċ-ċajt sa griżmejhom. Bdejt nipprova nifhem x'kien qed jagħmel bil-karti tal-logħob imma idejh kienu ħfief wisq. Il-ġenituri tiegħi xtrawli xi ftit mill-oġġetti l-iktar li laqtuni. Xtrawli kartuna kwadra ċatta mdawra b'ħarir trasparenti li fuqha tpoġġi zokk, li jidher qed iżomm fl-arja. Xtrawli wkoll tazza bl-għatu kulur id-deheb li meta tgħolli l-għatu, it-tazza tkun vojta, u mbagħad terġa' tgħolli l-għatu u jkun hemm ballun aħmar fit-tazza.


Ħassejtni ferħan ħafna bl-oġġetti li xtrajt ta' bla ħsieb! Kelli mitt sena biex nipprova ċ-ċajt fuq in-nanna, z-zijiet u l-kugini x'ħin immur lura d-dar.


Għadni sal-lum nagħmel iċ-ċajt bil-ġugarelli li xtrajt minghand Kaboo. Żgur li qatt ma se ninsa ż-żjara fil-ħanut maġiku!