Ilbieraħ 23 ta' Marzu żewġ sajjieda anzjani ħarġu bid-dgħajsa kbira u kkulurita tagħhom. Ħarġu bħas-soltu jistadu forsi jaqbdu xi ħuta jew xi żarbuna għax min jaf x'jistgħu jaqbdu. Dawn is-sajjieda damu ħafna sigħat jistadu u xorta ma sabu xejn. Damu siegħa oħra u xorta ma qabdu xejn. Minn informazzjoni li għandu dan il-ġurnal dawn is-sajjieda qattgħu l-ewwel żewġt iljieli ma qabdu xejn.
Mat-tielet lejl dawn is-sajjieda tellgħu teżor imdaqqas max-xbieki tagħhom. Wieħed mis-sajjieda beda jirrakontalna kif meta fetħu t-teżor baqgħu ċċasati
bil-kwantita ta'deheb li kien hemm fih.
Is-sajjied qal li d-deheb li kien hemm fih kien qisu tal-pirati.
Għad iridu jsiru diversi inkjesti biex insiru nafu t-teżor minn fejn ġie. Nittamaw li f'ħarġiet oħra ta' dan il-ġurnal inkunu nistgħu nagħtu aktar dettalji lill-qarrejja tagħna.
nru.1087
L-Aħbar
23 ta' Marzu 2021
Sajjieda jsibu Teżor
Jirrapporta Daniel Saliba