Il-magna taż-żmien

Kull nhar ta' Sibt ommi teħodna d-dar tan-nanna u n-nannu. Ħuti jieħdu gost jilagħbu bil-karozzi fil-bitħa. Jiena noqgħod nilgħab ma' ħabibti Elishia li toqgħod ħdejn in-nanna.

Fil-vaganzi tal-Milied morna d-dar ta' Elishia biex ittina r-rigali. Kien ħafna maltemp u ma stajniex noqogħdu nilagħbu fil-ġnien. Tlajna nilagħbu fil-kamra tal-bejt u f'daqqa wahda mar id-dawl. Ħija z-zgħir qabad jibki u f'radda ta' salib smajna ħoss kbir. Ħija ħabat ġo xi ħaġa u waqqaha. Kif ġie d-dawl indunajna li kienet magna kbira u stramba. Kien fiha ħafna buttuni u kuluri. Kien hemm buttuna tal-futur u oħra tal-passat.

Ħuti ma tawx kas imma jien u Elishia qabtina ħafna kurżita' u għafasna l-buttuna tal-passat. Rajna dawl kbir u f'daqqa waħda konna barra fit-triq tan-nanna. Fit-triq kien hemm ħafna tfal jilagħbu bir-roti, bil-ballun, pupi u ħafna ġugarelli li ma tantx naraw bħalhom. Ma' dawk it-tfal kien hemm ommi u omm Elishia. Kienu ferħanin jilagħbu bil-pupi. Ħadd mit-tfal ma kellu mowbajl bħalna, lanqas scooters u hoover boards ma kellhom. Fil-misraħ ta' ħdejn in-nanna kien hemm ħafna ommijiet fuq il-bankijiet jitkellmu. Kemm kienet gustuża n-nanna meta kienet iżgħar.

Fuq l-għatba tan-nanna ta' Elishia rajna l-magna taż-żmien u morna niġru nagħfsu l-buttuna tal-futur. F'daqqa waħda erġajna konna fid-dar ta' Elishia. Lanqas ridna nemmnu x'kien għadu kif ġara u bżajna nitkellmu għax żgur ħadd ma kien ser jemminna.

Misraħ Santa Marija fejn joqogħdu n-nanna tiegħi u ta' Elishia.

Dak inhar lanqas stajt norqod, domt ħafna naħseb fuq dak li ġara u kemm ommi kienet kuntenta bil-ftit ġugarelli li kellha.

Ommijiet fuq bank f'Misraħ Santa Marija ż-Żejtun.