Darba waħda kien hemm aljen kurjuż ħafna. Hu ħareġ jesplora l-ispazju.
F'daqqa waħda lemaħ xi ħaġa stramba. L-aljen ma kienx jaf x'kienet. Kellha forma ta' karrotta tal-metal. Daħal ġo fiha u kompla jivvjaġġa fl-ispazju.
Fil-bogħod ra pjaneta blu u ddeċieda li jinżel fuqha. Kif niżel tefa l-magna u qagħad iħares madwaru. Kien hemm ħafna affarijiet interessanti u li qatt ma kien ra. Ra affarijiet itiru fis-sema, ħafna aljeni ġo qishom kaxxi bir-roti mixjin wara xulxin, nies deħlin u ħerġin minn kaxxi kbar ħafna, aljeni żgħar jitbandlu fuq injama marbuta minn fuq u aljeni bilqegħda jieklu affarijiet li hu qatt ma kien ra, imma kienu jfuħu. Daqs kemm dam jesplora qabdu n-ngħas u raqad. Ma tantx inkwieta li ommu kienet se tirrabja miegħu għax ħaseb li ma kienx se jdum rieqed.
X'ħin qam ra aljen bħalu tħares minn ġot-tieqa tal-karrotta spazjali. Il-ġilda tagħha kienet roża ċar. X'ħin l-aljen ħareġ minn ġol-karrotta spazjali hi qaltu, "Għalfejn il-ġilda tiegħek ħadra?" L-aljen qalilha, "Fejn qiegħed jien?" Hi qaltlu li kienu fid-dinja u spjegatlu x'kienet id-dinja u min kienet hi. Qaltlu li kien jisimha Emma.
Wara li qagħdu jitkellmu fuqhom infushom hi qaltlu biex imorru d-dar tagħha li kienet ftit 'l bogħod minn fejn kienu. Meta waslu qagħdu bilqedgħa u Emma tatu xi ħaġa x'jiekol. L-aljen beda jgħidilha kif spiċċa hemmhekk. Emma qaltlu biex jiġi jgħix magħha għal ftit taż-żmien. L-aljen ħasibha għal ftit u ddeċieda li jaċċetta l-invit. Imma xtaq li kieku seta' javża lil ommu.
Meta l-aljen kien se jmur jorqod sema' xi ħadd iħabbat mal-bieb ta' barra. Emma marret tiftaħ u kien hemm mara. Hi qaltilha li kienet ġiet għal binha. L-aljen kien konfuż kif ommu kienet ukoll ġiet fid-dinja. Ommu qaltlu li x'ħin marret tgħajjatlu għall-ikel ma sabitux f'kamartu u bdiet tinkwieta. Staqsiet lil xi aljeni u qalulha li kienu rawh jivvjaġġa lejn il-pjaneta l-blu. Allura ġiet tfittxu u x'ħin waslet u rat il-karrotta spazjali ndunat li kien ġie hemm. Hi xegħlet il-kompjuter tal-karrotta spazjali u rat il-filmat irrekordjat tal-aljen u Emma. Hi marret fl-indirizz li Emma kienet semmiet fil-filmat.
L-aljen feraħ ħafna x'ħin ra lil ommu u qalilha li kien iddispjaċut li qabad u telaq mingħajr ma kien qalilha. Hu ħaseb li ma kienx se jdum ma jmur lura d-dar.
L-ewwel aljen li ġie fid-dinja